GĦALA CECA?
Pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja, skond il-miri ta' l-Aġenda ta' Lisbona, huma obbligati li jtejbu l-ħila innovattiva tagħhom. Tant hu hekk, li l-Kummissjoni Ewropeja għandha politika ta' Innovazzjoni (ara http://trendchart.cordis.lu), li biha tikklassifika l-pajjiżi membri skond kemm kull pajjiż għandu ħila nnovattiva. Attività ewlenija li tgħin l-innovazzjoni hi dik tad-'design' - id-disinn. Għalhekk ic-ċittadini ta' l-Ewropa għandhom ikunu mħarrġa b'mod professjonali fid-disinn ta' oġġetti nnovattivi. Biex dan iseħħ, tagħrif fit-teknoloġija u metodoloġija fid-disinn għandhom jiġu maqsuma bejn iċ-ċittadini Ewropej. Dan jinvolvi wkoll taħrig fil-'Computer Aided Design' (CAD), li jrid jingħata b'mod professjonali u jkun iċċertifikat fuq livell internazzjonali minn ċentri ta' prova kompetenti. Għalhekk, it-taħriġ ta' nies li jużaw il-CAD u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom permezz ta' l-ECDL huwa pass importanti lejn it-tisħiħ ta' l-innovazzjoni fl-Ewropa. Għal dan il-għan, l-imsieħba fil-proġett CECA iqassmu informazzjoni u servizzi ta' taħriġ dwar korsijiet ta' l-ECDL CAD lil kull min hu nteressat.



Proġett Leonardo da Vinci No. 2005 - RO/05/B/F/PP175005                        Drittijiet ta' l-Awtur © 2006 - 2007 CECA (Malta).
Din il-websajt tirrifletti biss il-ħsibijiet ta' l-awtur, u l-Kummisjoni Ewropeja m'hix responsabbli għall-użu ta' l-informazzjoni ta' ġol-websajt.