Il-proġett CECA jiġbor fih esperti mill-Ewropa li huma kompetenti fil-qasam tal-'Computer Aided Design'. Il-proġett CECA għandu dawn il-miri:
- Jiddisinja u jimplimenta' prodotti tal-VET u eVET maħsuba għal korsijiet pilota bbażati fuq is-sillabu ta' l-ECDL CAD;
- Jiżviluppa korsijiet u kotba ta' taħrig għall-imsieħba fil-proġett, u fl-istess ħin jiżgura li l-istudenti/benefatturi prospettivi Ewropej igawdu mill-istess korsijiet ta' taħriġ;
- Iwaqqaf sistema professjonali ta' taħriġ għall-CAD bl-użu ta' għodda fl-ICT;
- Jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-istudenti jkunu mmotivati li jġibu ċertifikazzjoni internazzjonali fil-CAD, permezz ta ċertifikati miksuba fl-ECDL f'kull pajjiż imsieħeb;
- Jagħti valur lir-riżultati miksuba mill-proġett, b'mod li jgħin fl-iżvilupp ta' soċjetà ta' l-informatika fil-pajjizi Ewropej imsieħba fil-proġett.
|